EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TB0263

Kawża T-263/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 14 ta’ April 2014 – Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Awtorità ta’ res judicata — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu ta’ komunikazzjoni individwali — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Kompetenza tal-Kunsill — Użu ħażin ta’ poter — Żball ta’ liġi — Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari — Żball ta’ evalwazzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 194, 24.6.2014, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2014 – Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

(Kawża T-263/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Awtorità ta’ res judicata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu ta’ komunikazzjoni individwali - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Kompetenza tal-Kunsill - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball ta’ evalwazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

2014/C 194/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Cujo u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 258, 25.08.2012.


Top