Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0462

    Kawża T-462/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Pilkington Group vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Proċedura amministrattiva — Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi — Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni allegatament koperta bis-sigriet tan-negozju — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunfidenzjalità — Sigriet professjonali — Aspettattivi leġittimi”)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/42


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Pilkington Group vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-462/12) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-karozzi - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni allegatament koperta bis-sigriet tan-negozju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Aspettattivi leġittimi”))

    (2015/C 302/54)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Pilkington Group Ltd (St Helens, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Scott, S. Wisking, K. Fountoukakos-Kyriakakos, solicitors, u C. Puech Baron, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u G. Meessen, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5718 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, bis-saħħa tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-karozzi).

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2012) 5718 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn Pilkington Group Ltd, bis-saħħa tal-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni 2011/695/UE, tat-13 ta’ Ottubru 2011, dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-karozzi) hija annullata sa fejn tirrigwarda t-talba ta’ Pilkington Group relatata mal-premessa 115 tad-Deċiżjoni C (2008) 6815 finali, tat-12 ta’ Novembru 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Pilkington Group hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 379, 8.12.2012


    Top