EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TA0135

Kawża T-135/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Frar 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Irtirar — Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom — Tnaqqis tal-korrispettiv dovut lill-Istat minn France Télécom — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Vantaġġ” )

ĠU C 118, 13.4.2015, p. 24–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

13.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 118/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Frar 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-135/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Irtirar - Għajnuna li tirrigwarda r-riforma tal-metodu ta’ finanzjament tal-irtirar tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom - Tnaqqis tal-korrispettiv dovut lill-Istat minn France Télécom - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Vantaġġ”))

(2015/C 118/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, G. de Bergues, J. Gstalter u J. Rossi, sussegwentement minn D. Colas Diégo u R. Coesme, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, L. Flynn u D. Grespan, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/540/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 25/08 (ex NN 23/08) – Riforma tal-mod ta’ finanzjament tal-pensjonijiet tal-uffiċjali tal-Istat li jaħdmu ma’ France Télécom imwettqa mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom implementata mir-Repubblika Franċiża favur France Télécom (ĠU 2012, L 279, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Franċiża għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 174, 16.6.2012.


Top