This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012FN0067
Case F-67/12: Action brought on 2 July 2012 — ZZ v Commission
Kawża F-67/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
Kawża F-67/12: Rikors ippreżentat fit- 2 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
ĠU C 311, 13.10.2012, p. 16–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
13.10.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 311/16 |
Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Lulju 2012 — ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-67/12)
2012/C 311/22
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent bil-għan li jinkiseb kumpens għad-danni subiti minħabba l-fatt li l-konvenuta bagħtet ittra dwar l-irkupru possibbli tas-servizz tar-rikorrent, u ta’ risposta għal ċerti talbiet ta’ dan tal-aħħar, lil avukat li ddefenda lir-rikorrent f’kawżi numerużi, imma li r-rikorrent ma tahx mandat ġenerali.
Talbiet tar-rikorrent
|
— |
jannulla d-deċiżjoni, hi kif inhi l-forma tagħha, grazzi għal liema ġiet iċ-ċaħda, minn naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tal-20 ta’ Mejju 2011, li r-rikorrent bagħat lill-Awtorità tal-Ħatra; |
|
— |
quatenus oportet, jannulla l-att, hi kif inhi l-forma tiegħu, ta’ rifjut mill-Kummissjoni, tal-ilment, tal-1 ta’ Diċembru 2011, kontra d-deċiżjoni li tiċħad it-talba tal-20 ta’ Mejju 2011 u għall-annullament ta’ din l-aħħar deċiżjoni ta’ rifjut kif ukoll l-aċċettazzjoni tat-talba tal-20 ta’ Mejju 2011; |
|
— |
quatenus oportet, jannulla l-ittra tad-9 ta’ Marzu 2012; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni li tikkumpensa d-danni, inġustament subiti mir-rikorrent minħabba t-trażmissjoni lill-avukat Giuseppe Cipressa, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-ittra attribwibbli lill-Kummissjoni, mingħajr data, grazzi għall-ħlas, favur ir-rikorrent, tas-somma ta’ EUR 10 000 jew is-somma ikbar jew iżgħar li t-Tribunal jidhirlu ġust u ekwu; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni li tħallas lir-rikorrent, dekorribbli mill-jum ta’ wara dak li fih, it-talba tal-20 ta’ Mejju 2011 waslet għand il-Kummissjoni, sal-ħlas effettiv tas-somma ta’ EUR 10 000, l-interessi fuq din tal-aħħar, bir-rata ta’ 10 % fis-sena, u b’kapitalizzazzjoni annwali; |
|
— |
jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |