This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0439
Case C-439/12: Reference for a preliminary ruling from the Landgericht Hamburg (Germany) lodged on 2 October 2012 — Karin Gawelczyk v Generali Lebensversicherung AG
Kawża C-439/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit- 2 ta’ Ottubru 2012 — Karin Gawelczyk vs Generali Lebensversicherung AG
Kawża C-439/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit- 2 ta’ Ottubru 2012 — Karin Gawelczyk vs Generali Lebensversicherung AG
ĠU C 389, 15.12.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-2 ta’ Ottubru 2012 — Karin Gawelczyk vs Generali Lebensversicherung AG
(Kawża C-439/12)
2012/C 389/05
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti u appellanti: Karin Gawelczyk
Konvenuta u appellata: Generali Lebensversicherung AG
Domanda preliminari
L-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(1) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 90/619/KEE, tat-8 ta’ Novembru 1990, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, li tistabbilixxi d-dispożizzjonijiet intiżi li jiġi ffaċilitat l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 79/267/KEE (it-Tieni Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (1), ikkunsidrata fid-dawl tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/96/KEE, tal-10 ta’ Novembru 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jikkonċernaw l-assigurazzjoni diretta fuq il-ħajja, u li temenda d-Direttivi 79/267/KEE u 90/619/KEE (it-Tielet Direttiva dwar l-assigurazzjoni fuq il-ħajja) (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni, bħal dik li tinsab fir-raba’ sentenza tal-Artikolu 5a(2) tal-Liġi Ġermaniża dwar il-kuntratt tal-assigurazzjoni, fil-verżjoni tagħha li tirriżulta mit-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni ta’ direttivi tal-Kunsill tal-Komunitajiet Ewropej fil-qasam tal-liġi tal-assigurazzjoni, tal-21 ta’ Lulju 1994 (it-Tielet Liġi ta’ traspożizzjoni fid-dritt Ġermaniż dwar il-kontroll tal-impriżi ta’ assigurazzjoni — VAG), li tirrikonoxxi lit-titolari ta’ polza dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni għal mhux iktar minn sena b’effett mill-ħlas tal-ewwel premium tal-assigurazzjoni u dan anki meta dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat dwar id-dritt ta’ rtirar jew ta’ oppożizzjoni tiegħu?
(1) ĠU L 330, p. 50.
(2) ĠU L 360, p. 1.