EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0320

Kawża C-320/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (Id-Danimarka) fit- 2 ta’ Lulju 2012 — Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd vs Ankenævnet for Patenter og Varemærker

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Højesteret (Id-Danimarka) fit-2 ta’ Lulju 2012 — Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd vs Ankenævnet for Patenter og Varemærker

(Kawża C-320/12)

2012/C 258/22

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Højesteret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malaysia Dairy Industries Pte. Ltd

Konvenuta: Ankenævnet for Patenter og Varemærker

Domandi preliminari

(1)

Il-kunċett ta’ mala fede fl-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) huwa espressjoni ta’ standard legali li jista’ jiġi sodisfatt skont il-liġi nazzjonali, jew huwa kunċett li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea li għandu jingħata interpretazzjoni uniformi fi ħdan l-Unjoni Ewropea?

(2)

Jekk il-kunċett ta’ mala fede fl-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE huwa kunċett li jaqa’ taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea, dan il-kunċett għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jkun biżżejjed li l-applikant kellu għarfien jew imissu kellu għarfien tat-trade mark barranija meta ressaq l-applikazzjoni, jew hemm rekwiżit ulterjuri li jirrigwarda l-pożizzjoni soġġettiva tal-applikant sabiex tiġi miċħuda r-reġistrazzjoni?

(3)

Stat Membru jista’ jagħżel li jintroduċi protezzjoni speċifika ta’ trade marks barranin li, fir-rigward tar-rekwiżit ta’ mala fede, tvarja mill-Artikolu 4(4)(g) tad-Direttiva 2008/95/KE, pereżempju billi tistabbilixxi rekwiżit speċjali li l-applikant kellu għarfien jew imissu kellu għarfien fir-rigward tat-trade mark barranija?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25).


Top