This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CN0299
Case C-299/12: Reference for a preliminary ruling from the Nejvyšší správní soud (Czech Republic) lodged on 18 June 2012 — GREEN — SWAN PHARMACEUTICALS CR, a.s. v Státní zemědělská a potravinářská inspekce
Kawża C-299/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit- 18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát
Kawża C-299/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit- 18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát
ĠU C 273, 8.9.2012, p. 6–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
8.9.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 273/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Ġunju 2012 — Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s. vs Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát
(Kawża C-299/12)
2012/C 273/09
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Green — Swan Pharmaceuticals CR, a.s.
Konvenuta: Státní zemědělská a potravinářská inspekce, ústřední inspektorát
Domandi preliminari
(1) |
L-istqarrija dwar vantaġġ għas-saħħa li tgħid “dan il-prodott fih supplement tal-kalċju u vitamina D3, li jikkontribwixxi sabiex inaqqas fattur ta’ riskju ta’ żvilupp ta’ osteoporożi u ta’ ksur” hija stqarrija ta’ tnaqqis ta’ riskju ta’ mard, fis-sens tal-Artikolu 2(2)(6) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (1), hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (2), anki jekk hija ma tindikax b’mod ċar li l-konsum ta’ dan il-prodott inaqqas b’mod sinjifikattiv fattur ta’ riskju ta’ żvilupp tal-marda ċċitata iktar ’il fuq? |
(2) |
Il-kunċett ta’ trade mark jew marka tad-ditta, fis-sens tal-Artikolu 28(2) tar- Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, jinkludi wkoll il-komunikazzjonijiet kummerċjali li jidhru fuq l-imballaġġ tal-prodott? |
(3) |
Il-miżuri tranżitorji previsti fl-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, hekk kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, jistgħu jkunu interpretati bħala li jirreferu għall-ikel (kollu) li kien jeżisti qabel l-1 ta’ Jannar 2005, jew bħala li jirreferu għall-ikel li kien ġie kopert b’trade mark jew b’marka tad-ditta u li, taħt din il-forma, kien jeżisti diġà qabel din id-data? |
(1) Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, ĠU L 404, 30.12.2006, p. 9.
(2) Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-lista tal-affermazzjonijiet nutrittivi, ĠU L 37, 10.2.2010, p. 16.