This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0442
Case C-442/12: Judgment of the Court (Eighth Chamber) of 7 November 2013 (request for a preliminary ruling from the Hoge Raad der Nederlanden — Netherlands) — Jan Sneller v DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV (Legal expenses insurance — Directive 87/344/EEC — Article 4(1) — Insured persons’ freedom to choose a lawyer — Clause in the standard terms and conditions of a contract guaranteeing legal assistance in any inquiry or proceedings by one of the insurer’s employees — Costs relating to legal assistance provided by an external legal adviser reimbursed only where the insurer decides that it is necessary to entrust handling of the case to an external legal adviser)
Kawża C-442/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas- 7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Jan Sneller vs Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV (Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali — Direttiva 87/344/KEE — Artikolu 4(1) — Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata — Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur — Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern)

ĠU C 9, 11.1.2014, p. 13–13
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
11.1.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 9/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-7 Novembru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi) — Jan Sneller vs Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
(Kawża C-442/12) (1)
(Assigurazzjoni għall-ispejjeż legali - Direttiva 87/344/KEE - Artikolu 4(1) - Għażla libera tal-avukat mill-persuna assigurata - Klawżola prevista fil-kundizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kuntratt li tiggarantixxi assistenza legali fi proċeduri ġudizzjarji u amministrattivi minn wieħed mill-impjegati tal-assiguratur - Spejjeż relatati mal-assistenza legali minn rappreżentant legali estern rimborsati biss fil-każ ta’ neċessità, evalwata mill-assiguratur, li t-trattament tal-kawża jiġi fdat lil rappreżentant legali estern)
2014/C 9/18
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jan Sneller
Konvenuta: DAS Nederlandse Rechtsbijstand Verzekeringsmaatschappij NV
Suġġett
Talba għal deċiżjoni preliminari — Hoge Raad der Nederlanden — Il-Pajjiżi l-Baxxi — Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344/KEE, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 187).- Libertà ta’ għażla tal-avukat mill-persuna assigurata
Dispożittiv
(1) |
L-Artikolu 4(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 87/344, tat-22 ta’ Ġunju 1987, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-assigurazzjoni għall-ispejjeż legali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li assiguratur għall-protezzjoni ġuridika, li jipprovdi fil-kuntratti ta’ assigurazzjoni tiegħu li l-assistenza legali hija fil-prinċipju pprovduta mill-persunal tiegħu, jipprovdi wkoll li l-ispejjeż tal-assistenza legali ta’ avukat jew ta’ rappreżentant magħżul liberament mill-persuna assigurata jistgħu jiġu koperti biss jekk l-assiguratur iqis li t-trattament tal-kawża għandu jiġi ddelegat lil rappreżentant legali estern. |
(2) |
In-natura obbligatorja jew le tal-assistenza legali skont id-dritt nazzjonali fil-proċeduri ġudizzjarji jew amministrattivi inkwistjoni ma għandhiex effett fuq ir-risposta mogħtija għall-ewwel domanda. |