Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0276

    Kawża C-276/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat- 22 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu (Direttiva 77/799/KEE — Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta — Skambju ta’ informazzjoni fuq talba — Proċeduri fiskali — Drittijiet fundamentali — Limitu tal-portata tal-obbligi li għandhom l-Istat Membru rikorrent u l-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza — Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda — Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata — Kontenut minimu tal-informazzjoni skambjata)

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 16–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-22 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud — ir-Repubblika Ċeka) — Jiří Sabou vs Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

    (Kawża C-276/12) (1)

    (Direttiva 77/799/KEE - Assistenza reċiproka mill-awtoritajiet tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta - Skambju ta’ informazzjoni fuq talba - Proċeduri fiskali - Drittijiet fundamentali - Limitu tal-portata tal-obbligi li għandhom l-Istat Membru rikorrent u l-Istat Membru mitlub lejn il-persuna taxxabbli - Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi informata bit-talba għal assistenza - Assenza tal-obbligu li l-persuna taxxabbli tiġi mistiedna tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda - Dritt tal-persuna taxxabbli li tikkontesta l-informazzjoni skambjata - Kontenut minimu tal-informazzjoni skambjata)

    2013/C 367/27

    Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

    Qorti tar-rinviju

    Nejvyšší správní soud

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Jiří Sabou

    Konvenut: Finanční ředitelství pro hlavní město Prahu

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Nejvyssí správní soud — Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2, 6, 7(1) u 8(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar għajnuna reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 63), u tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 303, p. 1) — Drittijiet fundamentali tal-persuna taxxabbli matul proċedura fiskali mressqa kontriha, bħad-dritt li tiġi mgħarrfa bid-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat applikant dwar talba għal informazzjoni, li tipparteċipa fit-tfassil ta’ din it-talba, li tiġi mgħarrfa bil-quddiem bis-smigħ tax-xhieda li jsir fl-Istat mitlub u li tipparteċipa f’tali smigħ, kif ukoll li tikkontesta l-korrettezza tal-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti ta’ dan l-Istat

    Dispożittiv

    (1)

    Id-dritt tal-Unjoni, kif jirriżulta b’mod partikolari mid-Direttiva tal-Kunsill 77/799/KEE, tad-19 ta’ Diċembru 1977, dwar assistenza reċiproka mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fil-qasam tat-tassazzjoni diretta u t-taxxi fuq premiums tal-assigurazzjoni, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2006/98/KE, tal-20 ta’ Novembru 2006, u mid-dritt fundamentali għal smigħ, għandu jiġi interpretat fis-sens li la jikkonferixxi fuq il-persuna taxxabbli ta’ Stat Membru d-dritt li tiġi informata bit-talba għal assistenza ta’ dan l-Istat indirizzata lil Stat Membru ieħor partikolarment sabiex tivverifika d-data pprovduta minn tali persuna taxxabbli fil-kuntest tad-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq id-dħul tagħha, u lanqas id-dritt li tipparteċipa fit-tfassil tat-talba indirizzata lill-Istat Membru mitlub u d-dritt li tipparteċipa fl-eżaminazzjoni tax-xhieda organizzata minn dan l-aħħar Stat.

    (2)

    Id-Direttiva 77/799, kif emendata mid-Direttiva 2006/98, ma tirregolax il-kwistjoni dwar il-kundizzjonijiet li fihom il-persuna taxxabbli tista’ tikkontesta l-eżattezza tal-informazzjoni trażmessa mill-Istat Membru mitlub u ma timponi ebda rekwiżit partikolari fir-rigward tal-kontenut tal-informazzjoni trażmessa.


    (1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


    Top