Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0275

    Kawża C-275/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal- 24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Samantha Elrick vs Bezirksregierung Köln (Ċittadinanza tal-Unjoni — Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE — Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza — Ċittadin ta’ Stat Membru — Studji segwiti fi Stat Membru ieħor — Għajnuna għat-taħriġ — Kundizzjonijiet — Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn — Kisba ta’ diploma professjonali)

    ĠU C 367, 14.12.2013, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.12.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 367/16


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ottubru 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgericht Hannover — il-Ġermanja) — Samantha Elrick vs Bezirksregierung Köln

    (Kawża C-275/12) (1)

    (Ċittadinanza tal-Unjoni - Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza - Ċittadin ta’ Stat Membru - Studji segwiti fi Stat Membru ieħor - Għajnuna għat-taħriġ - Kundizzjonijiet - Żmien ta’ taħriġ iktar minn jew ekwivalenti għal sentejn - Kisba ta’ diploma professjonali)

    2013/C 367/26

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgericht Hannover

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Samantha Elrick

    Konvenut: Bezirksregierung Köln

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Verwaltungsgericht Hannover — Interpretazzjoni tal-Artikoli 20 u 21 TFUE — Benefiċċju tal-għajnuna għat-taħriġ (“BaföG”) — Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi dan il-benefiċċju għal taħriġ speċifiku, għal perijodu ta’ sena, ipprovdut fit-territorju nazzjonali, iżda li teskludih għal taħriġ paragunabbli fi Stat Membru ieħor

    Dispożittiv

    L-Artikoli 20 TFUE u 21 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-għoti ta’ għajnuna għat-taħriġ, lil ċittadina residenti f’dan l-Istat Membru, biex tistudja fi Stat Membru ieħor għall-kundizzjoni li dan it-taħriġ iwassal għal diploma professjonali ekwivalenti għal dawk ipprovduti minn skola professjonali, li tinsab fl-Istat li jagħti l-benefiċċji, wara kors ta’ mill-inqas sentejn, minkejja li għajnuna kienet tingħata lill-persuna kkonċernata, minħabba s-sitwazzjoni partikolari tagħha, kieku hija għażlet li twettaq f’dan l-Istat tal-aħħar taħriġ ekwivalenti għal dak li hija xtaqet issegwi fi Stat Membru ieħor, u ta’ tul ta’ inqas minn sentejn.


    (1)  ĠU C 250, 18.08.2012.


    Top