This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62012CA0263
Case C-263/12: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 17 October 2013 — European Commission v Hellenic Republic (Failure of a Member State to fulfil obligations — State aid — Commission Decision ordering recovery of aid — Failure to comply with a Commission Decision)
Kawża C-263/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippreskrivi l-irkupru ta’ għajnuna — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
Kawża C-263/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Għajnuna mill-Istat — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippreskrivi l-irkupru ta’ għajnuna — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
ĠU C 367, 14.12.2013, p. 15–15
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 367/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-263/12) (1)
(Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tippreskrivi l-irkupru ta’ għajnuna - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni)
2013/C 367/25
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u B. Stromsky, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: P. Mylonopoulos, K. Boskovits, G. Kanellopoulos kif ukoll M. Karageorgou, aġenti)
Suġġett
Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ksur tal-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/452/UE, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar [l-]għajnuna mill-Istat C 48/08 (ex NN 61/08) mogħtija mill-Greċja lil Ellinikos Xrysos SA (notifikata bid-dokument Numru C(2011) 1006) (ĠU L 193, p. 27) — Nuqqas li jittieħdu l-miżuri kollha neċessarji bl-għan tal-ħlas lura ta’ għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni.
Dispożittiv
(1) |
Billi ma ħaditx, fit-termini stabbiliti, il-miżuri kollha neċessarji sabiex tinġabar lura mingħand Ellinikos Xrysos AE l-għajnuna mogħtija lil din l-impriża fl-okkażjoni tal-bejgħ, mill-Istat Grieg, ta’ beni immobbli, għajnuna ddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq komuni permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1006 finali, tat-23 ta’ Frar 2011, dwar l-għajnuna C 48/2008 (ex NN 61/2008) mogħtija mir-Repubblika Ellenika lil Ellinikos Xrysos AE, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2 u 3 ta’ din id-deċiżjoni. |
(2) |
Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż. |