Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0237

    Kawża C-237/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Artikolu 5(4) — Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II — Punti 1.1 sa 1.3 u 2 tal-Anness III — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Perijodi għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ demel — Kapaċità tal-kontenituri għall-ħażna tad-demel tal-bhejjem — Limitazzjoni tal-applikazzjoni fuq l-art — Projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq art b’xaqliba wieqfa ħafna jew fuq art iffriżata jew miksija bil-borra — Nuqqas ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali)

    ĠU C 395, 10.11.2014, p. 3–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.11.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 395/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-237/12) (1)

    ((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Artikolu 5(4) - Punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II - Punti 1.1 sa 1.3 u 2 tal-Anness III - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Perijodi għall-applikazzjoni fuq l-art ta’ demel - Kapaċità tal-kontenituri għall-ħażna tad-demel tal-bhejjem - Limitazzjoni tal-applikazzjoni fuq l-art - Projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq art b’xaqliba wieqfa ħafna jew fuq art iffriżata jew miksija bil-borra - Nuqqas ta’ konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali))

    (2014/C 395/04)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve, B. Simon u J. Hottiaux, aġenti)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, S. Menez u D. Colas, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Peress li ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex tiżgura l-implementazzjoni kompleta u korretta tar-rekwiżit kollha imposti fuqha permezz tal-Artikolu 5(4) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, moqri flimkien mal-punti 1 sa 3 u 5 tal-Parti A tal-Anness II u mal-punti 1.1 sa 1.3 u 2 tal-Anness III ta’ din id-direttiva, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva, sa fejn, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali adottata sabiex tiġi żgurata l-implementazzjoni ta’ din id-direttiva:

    ma humiex previsti perijodi ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq l-art ta’ fertilizzanti tat-tip I għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fil-ħarifa kif ukoll għall-mergħat li jkunu miżrugħa għal iktar minn sitt xhur;

    il-perijodu ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip I għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fir-rebbiegħa huwa limitat għal Lulju u għal Awwissu;

    il-projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip II għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fil-ħarifa hija limitata għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru u l-15 ta’ Jannar u l-projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip III għall-istess uċuħ tar-raba’ ma tapplikax għall-perijodu wara l-15 ta’ Jannar;

    il-perijodu ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip II għall-uċuħ tar-raba’ l-kbar miżrugħa fir-rebbiegħa ma huwiex estiż għall-perijodu ta’ wara l-15 ta’ Jannar;

    il-perijodu ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip II għall-mergħat li jkunu miżrugħa għal iktar minn sitt xhur huwa previst li jibda biss mill-15 ta’ Novembru u l-projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip III għall-istess mergħat u fir-reġjuni muntanjużi ma hijiex estiża sal-aħħar ta’ Frar;

    sal-1 ta’ Lulju 2016, il-kalkolu tal-kapaċitajiet ta’ ħażna ser ikun għadu jista’ jsir billi jittieħed inkunsiderazzjoni kalendarju ta’ projbizzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni fuq l-art li ma huwiex konformi mar-rekwiżiti tal-imsemmija direttiva;

    il-ħażna fl-għelieqi tal-kompost ta’ tiben u demel hija awtorizzata għal perijodu ta’ għaxar xhur;

    din il-leġiżlazzjoni ma tiżgurax li l-bdiewa u l-awtoritajiet ta’ kontroll ikunu jistgħu jikkalkolaw b’mod korrett il-kwantità ta’ nitroġenu li tista’ tiġi applikata fuq l-art sabiex jiġi żgurat l-ekwilibriju tal-fertilizzazzjoni;

    fir-rigward tal-baqar imrobbija għall-ħalib, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ kwantità ta’ nitroġenu prodotta li ma tiħux inkunsiderazzjoni l-livelli differenti ta’ produzzjoni tal-ħalib u fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

    fir-rigward tal-annimali tal-ifrat l-oħra, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma bbażati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

    fir-rigward tal-ħnieżer, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu ma humiex iffissati fir-rigward tad-demel solidu;

    fir-rigward tat-tjur tar-razzett, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni żbaljat ta’ 60 %;

    fir-rigward tan-nagħaġ, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

    fir-rigward tal-mogħoż, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

    fir-rigward taż-żwiemel, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 30 %;

    fir-rigward tal-fniek, il-valuri ta’ produzzjoni ta’ nitroġenu huma ffissati fuq il-bażi ta’ koeffiċjent ta’ volatilizzazzjoni ta’ 60 %;

    l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tinkludix kriterji ċari, preċiżi u oġġettivi, inkonformità mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, dwar il-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq l-artijiet b’xaqliba wieqfa; u

    l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip I u III fuq l-artijiet iffriżati, l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti tat-tip I fuq l-artijiet miksija bil-borra, l-applikazzjoni ta’ fertilizzanti fuq l-artijiet li jkunu ffriżati biss fil-wiċċ u li jinbidlu minn stat iffriżat għal stat mhux iffriżat f’erbgħa u għoxrin siegħa, kif ukoll l-applikazzjoni fuq l-artijiet iffriżati ta’ kompost ta’ tiben u demel u ta’ kompost ta’ demel tal-bhejjem, huma awtorizzati.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 217, 21.07.2012.


    Top