Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0028

    Kawża C-28/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-28 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Ftehimiet internazzjonali mħalltin — Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-iffirmar u ta’ applikazzjoni provviżorja ta’ dawn il-ftehimiet — Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill — Awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni — Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proċedura u fid-deċiżjoni previsti fl-Artikolu 218 TFUE — Modalitajiet tal-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill)

    ĠU C 213, 29.6.2015, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.6.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 213/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-28 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    (Kawża C-28/12) (1)

    ((Rikors għal annullament - Ftehimiet internazzjonali mħalltin - Deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni tal-iffirmar u ta’ applikazzjoni provviżorja ta’ dawn il-ftehimiet - Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-gvernijiet tal-Istati Membri mlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill - Awtonomija tal-ordinament ġuridiku tal-Unjoni - Parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-proċedura u fid-deċiżjoni previsti fl-Artikolu 218 TFUE - Modalitajiet tal-votazzjoni fi ħdan il-Kunsill))

    (2015/C 213/05)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana, K. Simonsson u S. Bartelt, aġenti)

    Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos u A. Auersperger Matić, aġenti)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M.-M. Joséphidès, E. Karlsson, F. Naert u R. Szostak, aġenti)

    Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek u E. Ruffer, aġenti), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: U. Melgaard u L. Volck Madsen, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, N. Graf Vitzthum u B. Beutler, aġenti), ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: A. Samoni-Rantou u S. Chala, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, F. Fize, D. Colas u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato), ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: C. Wissels u J. Langer, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti), ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes u M.-L. Duarte, aġenti), ir-Repubblika tal-Finlandja (rappreżentant: J. Heliskoski, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentant: A. Falk, aġent), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell u L. Christie, aġenti, assistiti minn R. Palmer, barrister)

    Dispożittiv

    1)

    Id-Deċiżjoni 2011/708/UE tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, tas-16 ta’ Ġunju 2011, dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Anċillari bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti, hija annullata.

    2)

    L-effetti tad-Deċiżjoni 2011/708 huma miżmuma sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli mid-data tal-għoti tas-sentenza preżenti, ta’ deċiżjoni ġdida li għandha tiġi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(5) u (8) TFUE.

    3)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    4)

    Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika Taljana, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 73, 10.03.2012.


    Top