This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0642
Case T-642/11 P: Appeal brought on 8 December 2011 by Harald Mische against the judgment of the Civil Service Tribunal of 29 September 2011 in Case F-93/05 Mische v Parliament
Kawża T-642/11 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad- 29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-93/05 — Mische vs Il-Parlament
Kawża T-642/11 P: Appell ippreżentat fit- 8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad- 29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-93/05 — Mische vs Il-Parlament
ĠU C 49, 18.2.2012, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
18.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 49/30 |
Appell ippreżentat fit-8 ta’ Diċembru 2011 minn Harald Mische kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2011 fil-Kawża F-93/05 — Mische vs Il-Parlament
(Kawża T-642/11 P)
2012/C 49/55
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Harald Mische (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: R. Holland, J. Mische, u M. Velardo, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ Settembru 2009 fil-Kawża F-93/05 Mische vs Il-Parlament u, sa fejn huwa possibbli tiddeċiedi fuq il-bażi tal-fatti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, u: |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament tal-4 ta’ Ottubru 2004 sa fejn tiddetermina l-grad tal-appellant; |
— |
tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u dawk quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
— |
tordna lill-Parlament tikkumpensa kull dannu kkawżat (li jinkludi danni għall-karriera tiegħu, legali u remunerazzjoni regolari, danni morali, bl-interessi moratorji eċċ); |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
(1) |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddikjara r-rikors inammissibbli peress li ġie ppreżentat tardivament. |
(2) |
It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta ddeċieda li r-rikors huwa inammissibbli peress li permezz tiegħu, l-appellant ma seta’ jieħu ebda vantaġġ, u b’hekk ma kellux interess ġuridiku. |
(3) |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegat żball tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku meta naqas li jiddiċiedi dwar il-motiv ibbażat fuq il-fondatezza tar-rikors, b’mod partikolari l-ksur tal-Artikolu 41(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u/jew tal-Artikolu 5(5) tar-Regolamenti tal-Persunal (1). |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 723/2004, tat-22 ta’ Marzu 2004, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 01, Vol. 02, p. 130)