Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0529

    Kawża T-529/11: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Settembru 2011 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

    ĠU C 362, 10.12.2011, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 362/19


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Settembru 2011 — Evonik Industries vs UASI — Impulso Industrial Alternativo (Impulso creador)

    (Kawża T-529/11)

    2011/C 362/28

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Evonik Industries AG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Impulso Industrial Alternativo, SA (Madrid, Spanja)

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Ġunju 2011 fil-Każ R 1101/2010-2; u

    tordna lill-konvenut ibati l-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “Impulso creador”, għal diversi prodotti u servizzi li fosthom jinsabu s-servizzi fil-klassijiet 35, 36, 37 u 42 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6146187

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Spanjola Nru 2633891 tat-trade mark figurattiva “IMPULSO”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42; Ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 4438206 tat-trade mark figurattiva “IMPULSO”, għal servizzi fil-klassijiet 35 u 42

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud

    Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, peress li l-Bord tal-Appell ma kkunsidrax b’mod korrett l-impressjoni ġenerali differenti tat-trade marks konfliġġenti.


    Top