This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0418
Case T-418/11 P: Appeal brought on 3 August 2011 by Carlo De Nicola against the judgment of the Civil Service Tribunal of 28 June 2011 in Case F-49/10, De Nicola v EIB
Kawża T-418/11 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit- 28 ta’ Ġunju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/10, De Nicola vs BEI
Kawża T-418/11 P: Appell ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit- 28 ta’ Ġunju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/10, De Nicola vs BEI
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/42 |
Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2011 minn Carlo De Nicola mis-sentenza mogħtija fit-28 ta’ Ġunju 2011 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-49/10, De Nicola vs BEI
(Kawża T-418/11 P)
2011/C 282/79
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellant: Carlo De Nicola (Strassen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: L. Isola, avukat)
Appellat: Il-Bank Ewropew tal-Investimenti
Talbiet
L-appellant jitlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tbiddel is-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-28 ta’ Ġunju 2011 fil-Kawża F-49/10, dwar: |
— |
l-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fil-messaġġ elettroniku tal-11 ta’ Mejju 2010, sa fejn il-BEI ma ppermettix li titkompla l-proċedura amministrattiva u impedixxa l-konċiljazzjoni bonarja tal-kwistjoni, billi rrifjuta impliċitament li jirrimborsa l-ispejjeż mediċi fl-ammont ta’ EUR 3 000; |
— |
tikkundanna lill-BEI jħallas is-somma ta’ EUR 3 000 imħallsa mill-appellant għal trattament bil-laser li ġie preskritt lilu u li twettaq fl-Italja, bl-interessi u l-kumpens għad-deprezzament monetarju u l-ispejjeż tal-kawża. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tat-talbiet tiegħu, l-appellant jinvoka l-aggravji li ġejjin.
A. |
Fuq il-fatti
|
B. |
Fuq it-talba għal annullament
|
C. |
Fuq it-talba għal kundanna
|