This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011TN0365
Case T-365/11 P: Appeal brought on 5 July 2011 by AO against the order of the Civil Service Tribunal of 4 April 2011 in Case F-45/10 AO v Commission
Kawża T-365/11 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Lulju 2011 minn AO kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10 — AO vs Il-Kummissjoni
Kawża T-365/11 P: Appell ippreżentat fil- 5 ta’ Lulju 2011 minn AO kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal- 4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10 — AO vs Il-Kummissjoni
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 27–27
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/27 |
Appell ippreżentat fil-5 ta’ Lulju 2011 minn AO kontra d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10 — AO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-365/11 P)
2011/C 282/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: AO (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: P. Lewisch, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
L-appellant jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-4 ta’ April 2011 fil-Kawża F-45/10, AO vs Il-Kummissjoni; |
— |
fl-eventwalità li l-Qorti Ġenerali tkun f’pożizzjoni fejn tkun tista’ tiddeċiedi l-kawża fuq il-mertu tagħha, tilqa’ t-talbiet magħmula fl-ewwel istanza u jiġifieri:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.
(1) |
L-ewwel aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-kundizzjonijiet sabiex id-deċiżjoni tingħata permezz ta’ digriet, skont l-Artikolu 76 tar-Regoli tal-Proċedura tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, ma kinux sodisfatti u li r-rikors ma kienx manifestament inammissibbli u/jew infondat, sa fejn:
|
(2) |
It-tieni aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-digriet fil-Kawża F-45/10 jikser id-dritt tal-Unjoni Ewropea kif deskritt taħt l-Artikolu 11(1) tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, sa fejn l-appellant huwa intitolat għal kumpens ladarba seħħ il-fastidju. |
(3) |
It-tielet aggravju, ibbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ma rrispettax id-dritt tal-appellant għal smigħ, kif stabbilit fl-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, kif ukoll fl-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. |
(1) Regolament Nru 31 (KEE), Nru 11 (KEEA), li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-persunal għall-uffiċjali u l-kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, kif emendat (ĠU 45, 14.06.1962, p. 1385)