Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TN0222

    Kawża T-222/11: Rikors ippreżentat fl- 20 ta’ April 2011 — Rautenbach vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    ĠU C 186, 25.6.2011, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 186/29


    Rikors ippreżentat fl-20 ta’ April 2011 — Rautenbach vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

    (Kawża T-222/11)

    2011/C 186/55

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Muller Conrad Rautenbach (Harare, iż-Żimbabwe) (rappreżentanti: S. Smith QC, M. Lester, Barristers, u W. Osmond, Solicitor)

    Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK, tal-15 ta’ Frar 2011, dwar miżuri restrittivi kontra ż-Żimbabwe (ĠU L 42, p. 6) u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011, tat-23 ta’ Frar 2011, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 314/2004 dwar ċertu miżuri fir-rigward taż-Żimbabwe (ĠU L 49, p 23) sa fejn japplikaw għar-rikorrent; u

    tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ħames motivi li ġejjin.

    (1)

    L-ewwel motiv: la r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 174/2011 u lanqas id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/101/PESK ma għandhom bażi legali valida peress li l-istituzzjonijiet ikkonċernati marru lil hinn mill-portata tal-awtorità tagħhom.

    (2)

    It-tieni motiv: il-konvenuti ma għandhomx l-awtorità li jimponu dawn il-miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent; alternattivament, l-inklużjoni tiegħu hija bbażata fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-konvenuti żbaljaw meta kkonkludew li l-miżuri restrittivi kienu ġustifikati fir-rigward tar-rikorrent.

    (3)

    It-tielet motiv: il-miżuri kkontestati jiksru d-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent u d-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju effettiv.

    (4)

    Ir-raba’ motiv: il-konvenuti kisru d-dmir tagħhom li jagħtu raġunijiet, peress li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet mogħtija ma tikkonformax mal-obbligu ta’ motivazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej.

    (5)

    Il-ħames motiv: il-miżuri kkontestati jimponu restrizzjoni mhux ġustifikata u sproporzjonata fuq id-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, speċifikament fuq id-drittijiet ta’ proprjetà tiegħu, fuq il-libertà tal-intrapriża tiegħu u fuq id-dritt għar-rispett tar-reputazzjoni u tal-ħajja tal-familja tiegħu.


    Top