EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TA0389

Kawża T-389/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Guccio Gucci vs UASI — Chang Qing Qing (GUDDY) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GUDDY — Trade mark Komunitarja verbali GUCCI — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Karattru distintiv ogħla tat-trade mark preċedenti minħabba l-għarfien li għandu l-pubbliku — Prova — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Guccio Gucci vs UASI — Chang Qing Qing (GUDDY)

(Kawża T-389/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GUDDY - Trade mark Komunitarja verbali GUCCI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Karattru distintiv ogħla tat-trade mark preċedenti minħabba l-għarfien li għandu l-pubbliku - Prova - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

2012/C 258/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Guccio Gucci SpA (Firenze, l-Italja) (rappreżentant: F. Jacobacci, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Chang Qing Qing (Firenze)

Suġġett

Rikors ippreżentat mid-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 143/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Guccio Gucci SpA u Chang Qing Qing

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tal-14 ta’ April 2011 (Każ R 143/2010-1) hija annullata, f’dak li jirrigwarda, minn naħa, il-prodotti fil-klassi 9 tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, kif ukoll, min-naħa l-oħra, il-ħaġar u l-metalli prezzjużi, fil-klassi 14 ta’ dan il-ftehim.

(2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 282, 24.09.2011.


Top