Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FN0017

    Kawża F-17/11: Rikors ippreżentat fit- 22 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummisssjoni

    ĠU C 186, 25.6.2011, p. 33–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.6.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 186/33


    Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2011 — ZZ vs Il-Kummisssjoni

    (Kawża F-17/11)

    2011/C 186/60

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Blot, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummisssjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti.

    Talbiet tar-rikorrenti

    prinċipalment, jannulla d-deċiżjoni ta’ nuqqas ta’ tiġdid tal-kuntratt tagħha ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt, kif tirriżulta impliċitament min-nota tat-28 ta’ April 2010 u, sa fejn ikun neċessarju, id-deċiżjoni tal-ARKK li tiċħad l-ilment;

    konsegwentement, jirreintegra lir-rikorrenti fil-funzjonijiet tagħha;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament għal EUR 27 000 bi ħlas għad-dannu materjali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

    jikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas ta’ somma ffissata provviżorjament u ex aequo et bono għal EUR 15 000 (ħmistax-il elf euro), bi ħlas għad-dannu morali, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali sa mid-data tas-sentenza li għandha tingħata;

    jikkundanna lill-Kummisssjoni għall-ispejjeż.


    Top