Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011FB0038

    Kawża F-38/11: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 5 ta’ Lulju 2011 Alari vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2009 — Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu — Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi l-promozzjoni ta’ uffiċjal trasferit)

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 51–51 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/51


    Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-5 ta’ Lulju 2011 Alari vs Il-Parlament

    (Kawża F-38/11) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2009 - Trasferiment interistituzzjonali waqt il-proċedura ta’ promozzjoni li matulha l-uffiċjal ġie promoss fl-istituzzjoni ta’ oriġini tiegħu - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi l-promozzjoni ta’ uffiċjal trasferit)

    2011/C 282/95

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Gianluigi Alari (Bertrange, il-Lussemburgu) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J. N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: S. Alves u M. Ecker, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-proċedura ta’ promozzjoni 2009.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

    (2)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati, barra l-ispejjeż tiegħu stess, l-ispejjeż tar-rikorrent.


    (1)  ĠU C 179, 18.06.11., p. 22


    Top