Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0509

Kawża C-509/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit- 30 ta’ Settembru 2011 — ÖBB-Personenverkehr AG, weitere Parteien: Schienen-Control Kommission und Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

ĠU C 13, 14.1.2012, p. 4–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

14.1.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 13/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-30 ta’ Settembru 2011 — ÖBB-Personenverkehr AG, weitere Parteien: Schienen-Control Kommission und Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

(Kawża C-509/11)

2012/C 13/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ÖBB-Personenverkehr AG

Konvenuti:

(1)

Schienen-Control Kommission

(2)

Bundesministerin für Verkehr, Innovation und Technologie

Domandi preliminari

(1)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, il-korp nazzjonali inkarigat bl-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament huwa awtorizzat jippreskrivi, b’mod vinkolanti fuq impriża tal-ferroviji li l-kundizzjonijiet tal-kumpens għar-rimbors tal-prezz ta’ biljett ma jikkorrispondux mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 17 ta’ dan ir-regolament, il-kontenut speċifiku tal-kundizzjonijiet tal-kumpens li għandhom jintużaw minn din l-impriża, minkejja li d-dritt nazzjonali jagħtih biss il-possibbiltà li jiddikjara n-nullità ta’ tali kundizzjonijiet?

(2)

L-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1371/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar id-Drittijiet u l-Obbligi tal-passiġġieri tal-ferroviji għandu jiġi interpretat fis-sens li, impriża tal-ferroviji tista’ teskludi l-obbligu tagħha li tirrimborsa prezz ta’ biljett fil-każ ta’ forza maġġuri, b’applikazzjoni b’analoġija tal-motivi ta’ esklużjoni previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 261/2004, (UE) Nru 1177/2010 u (UE) Nru 181/2011, jew inkella billi testendi, għall-każijiet ta’ rimbors tal-prezz tal-biljetti, l-esklużjonijiet tar-responsabbiltà previsti fl-Artikolu 32(2) tar-regoli uniformi dwar il-kuntratt għat-trasport internazzjonali ta’ passiġġieri u bagalji bil-ferrovija (CIV, Anness I tar-Regolament)?


(1)  ĠU L 315, p. 14.


Top