This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0491
Case C-491/11 P: Appeal brought on 26 September 2011 by Fuchshuber Agrarhandel GmbH against the order of the General Court (Second Chamber) delivered on 21 July 2011 in Case T-451/10 Fuchshuber Agrarhandel GmbH v Commission
Kawża C-491/11 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2011 minn Fuchshuber Agrarhandel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-451/10, Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni
Kawża C-491/11 P: Appell ippreżentat fis- 26 ta’ Settembru 2011 minn Fuchshuber Agrarhandel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal- 21 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-451/10, Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni
ĠU C 13, 14.1.2012, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.1.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 13/3 |
Appell ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2011 minn Fuchshuber Agrarhandel GmbH kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Lulju 2011 fil-Kawża T-451/10, Fuchshuber Agrarhandel GmbH vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-491/11 P)
2012/C 13/07
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Fuchshuber Agrarhandel GmbH (rappreżentant: G. Lehner, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
L-appellanti titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:
— |
iżżomm seduta; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tħallas lill-appellanti, f’terminu ta’ 14-il jum, is-somma ta’ EUR 2 623 282,21, flimkien ma’ 6 % interessi fis-sena fuq is-somma ta’ EUR 1 641 372,50 mill-24 ta’ Settembru 2007 u ma’ 6 % interessi fis-sena fuq is-somma ta’ EUR 981 909,81 mis-16 ta’ Ottubru 2007; |
— |
tikkonstata li l-Kummissjoni Ewropea għandha tikkumpensa lill-appellanti għal kull dannu addizzjonali possibbli marbut mal-lott KUK459, deċiż fit-3 ta’ Settembru 2007, u mal-lott KUK465, deċiż fis-17 ta’ Settembru 2007; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea tirrimborsa lill-mandatarju tal-appellanti l-ispejjeż sostnuti minnha, f’terminu ta’ 14-il jum. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa intiż kontra digriet tal-Qorti Ġenerali, li permezz tiegħu ċaħdet minħabba nuqqas ta’ bażi legali, rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba nuqqas ta’ investigazzjoni mill-Kummissjoni tal-kundizzjonijiet ta’ implementazzjoni tas-sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali fis-suq Komunitarju, f’dan il-każ qamħirrun miżmum mill-aġenzija ta’ intervent Ungeriża.
L-interpretazzjoni ġuridika tal-Qorti Ġenerali, li tistabbilixxi li l-Kummissjoni ma wettqet l-ebda aġir illegali, kienet żbaljata, għaliex il-ġurisprudenza (1) ċċitata mill-Qorti Ġenerali ma hijiex applikabbli fil-kawża preżenti.
Kuntrarjament għall-opinjoni tal-Qorti Ġenerali, mid-dispożizzjonijiet (2) rilevanti jirriżulta li għandhom jiġu implementati sejħiet għall-offerti permanenti għall-bejgħ mill-ġdid ta’ ċereali mill-aġenziji ta’ intervent tal-Istati Membri, taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni għandha l-kompetenza li tagħti deċiżjoni kif ukoll dmir li tinvestiga (3). Skont l-appellanti, ma jeżistix marġni ta’ diskrezzjoni lill-imsemmija aġenziji ta’ intervent.
Id-dmir ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni ma jservix biss sabiex jipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Unjoni iżda wkoll sabiex jipproteġi l-interessi tal-parteċipanti individwali fis-suq. Ir-Regolament 884/2006 (4) jikkonkretizza f’dan is-sens id-dmir ta’ investigazzjoni, li minn tal-inqas darba fis-sena għandu jsir kontroll fl-oqsma kollha ta’ intervent mill-aġenziji billi jħallsu għall-ippreservar xieraq u komplut tal-ħażniet ta’ intervent, u kopja tal-protokolli ta’ kontroll għandha tiġi sussegwentement ikkomunikata lill-Kummissjoni. F’dan fil-każ, kien hemm ksur gravi ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.
In-nuqqas ta’ eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħa ta’ investigazzjoni qabel is-sejħa għall-offerti inkwistjoni, għalhekk juri ksur speċifiku u serju tad-dmir tagħha.
Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji proċedurali, peress li l-espożizzjoni tal-motivi mill-appellanti ġiet ikkwalifikata bħala żbaljata mingħajr ma ġiet segwita l-proċedura tal-produzzjoni tal-provi u billi ġie deċiż li ma tinżammx seduta.
(1) Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Jannar 2001, fil-Kawża C-247/98, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2008 fil-Kawża T-224/04, L-Italja vs Il-Kummissjoni.
(2) B’mod partikolari l-Artikoli 6 u 24 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1784/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiċ-ċereali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 3 Vol. 40, p. 346).
(3) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 2010, L 286M, p. 1).
(4) Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 884/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 rigward il-finanzjament mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (EAGF) tal-miżuri ta’ intervent taħt forma ta’ operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku u l-kontabilità tal-operazzjonijiet ta’ ħżin pubbliku mill-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri (ĠU 2010, L 326M, p. 70).