Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0310

    Kawża C-310/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl- 20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 2–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/2


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fl-20 ta’ Ġunju 2011 — Grattan plc vs The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

    (Kawża C-310/11)

    2011/C 282/03

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Qorti tar-rinviju

    First-tier Tribunal (Tax Chamber)

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Grattan plc

    Konvenut: The Commissioners of Her Majesty’s Revenue & Customs

    Domanda preliminari

    Fir-rigward tal-perijodu ta’ qabel l-1 ta’ Jannar 1978, persuna taxxabbli għandha, abbażi tal-effett dirett tal-Artikolu 8(a) tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill tal-11 ta’ April 1967 (67/228/KEE (1)) u/jew tal-prinċipji ta’ newtralità fiskali u ta’ trattament ugwali, id-dritt li tikkunsidra a posteriori li l-valur taxxabbli ta’ provvista ta’ beni kien tnaqqas meta, wara d-data ta’ meta seħħet din il-provvista ta’ beni, il-fornitur tal-provvista ta lid-destinatarju tagħha kreditu li d-destinatarju ddeċieda li jieħu jew fil-forma ta’ ħlas fi flus, jew inkella fil-forma ta’ kreditu validu fuq ammonti dovuti lill-fornitur għal provvisti ta’ beni diġà pprovduti lid-destinatarju?


    (1)  It-Tieni Direttiva tal-Kunsill 67/228/KEE, tal-11 ta’ April 1967, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Struttura u metodi ta’ applikazzjoni tas-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 71, p. 1303).


    Top