Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0102

    Kawża C-102/11 P: Appell ippreżentat fit- 2 ta’ Marzu 2011 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas- 16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-513/09, José Manuel Baena Grupo, S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

    ĠU C 130, 30.4.2011, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 130/14


    Appell ippreżentat fit-2 ta’ Marzu 2011 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2010 fil-Kawża T-513/09, José Manuel Baena Grupo, S.A. vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

    (Kawża C-102/11 P)

    2011/C 130/25

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

    Partijiet oħra fil-proċedura: José Manuel Baena Grupo, SA u Herbert Neuman u Andoni Galdeano del Sel

    Talbiet tal-appellant

    tannulla s-sentenza appellata

    tagħti sentenza ġdida dwar il-mertu tal-kawża, fejn tiċħad ir-rikors kontra d-deċiżjoni kkontestata, jew tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali

    tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż

    Aggravji u argumenti prinċipali

    L-UASI jikkunsidra li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata peress li l-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 61 RDK (1), minħabba r-raġunijiet esposti iktar ’l isfel fid-dettall, u li jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

    (a)

    Peress li ssostitiwet l-evalwazzjoni tal-fatti mill-Bord tal-Appell bl-evalwazzjoni tagħha stess, mingħajr ma ltaqgħet ma “żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni” il-Qorti Ġenerali marret lil hinn minn dak li l-Artikolu 61 RDK jippermetti fir-rigward tad-disinni Komunitarji. Minflok ma eżerċitat l-istħarriġ ġudizzjarju ta’ legalità, il-Qorti Ġenerali eżerċitat l-istess ġurisdizzjoni li l-Artikolu 60 jirriżerva għall-Bordijiet tal-Appell.

    (b)

    Ksur tal-Artikolu 25(1)(ċ) RDK, flimkien mal-Artikolu 6 RDK:

    (i)

    Il-Qorti Ġenerali applikat kriterju żbaljat meta eżaminat jekk id-disinni pparagunati jipproduċux impressjoni globali differenti fir-rigward tal-utent informat. Iż-żball ta’ liġi seħħ peress li l-Qorti Ġenerali eżaminat jekk ix-xebh u d-differenzi kinux “ikkonservati fil-memorja” mill-utent informat (ara l-punti 22 u 23 tas-sentenza appellata). Madankollu, il-paragun ma jistax ikun ibbażat fuq il-memorja tal-utent. Peress li dawn kienu disinni — u mhux trade marks —, il-kriterju korrett jikkonsisti li jiġi stabbilit jekk ix-xebh u d-differenzi eżistenti bejn id-disinni jwassluhomx għal impressjoni ġenerali differenti meta l-utent informat jagħmel paragun dirett tad-disinni.

    (ii)

    Il-Qorti Ġenerali analizzat biss il-perċezzjoni ta’ parti mill-pubbliku rilevanti u ma mmotivatx b’mod assolut il-perċezzjoni tal-utenti fir-rigward tal-prodotti inkwistjoni, jiġifieri il-“materjal stampat, inkluż il-materjal ta’ reclamar”.


    (1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142).


    Top