Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0057

    Kawża C-57/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tripunal Supremo (Spanja) fis- 7 ta’ Frar 2011 — Vodafone España, S.A. vs Ayuntamiento de Tudela

    ĠU C 139, 7.5.2011, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    7.5.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 139/13


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tripunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ Frar 2011 — Vodafone España, S.A. vs Ayuntamiento de Tudela

    (Kawża C-57/11)

    2011/C 139/23

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Qorti tar-rinviju

    Tripunal Supremo

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Vodafone España, S.A.

    Konvenut: Ayuntamiento de Tudela

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti l-impożizzjoni ta’ ħlas ta’ tariffa għad-drittijiet ta’ installazzjoni ta’ faċilitajiet fis-settur pubbliku muniċipali fuq operaturi li, mingħajr ma huma proprjetarji tan-netwerk, jużaw dan in-netwerk sabiex jipprovdu servizzi ta’ telefonija mobbli?

    (2)

    Fil-każ fejn jitqies li din l-impożizzjoni ta’ ħlas hija kompatibbli mal-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE, il-kundizzjonijiet li fihom tiġi imposta din it-tariffa, abbażi tad-digriet lokali kkontestat, jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ oġġettività, ta’ proporzjonalità u ta’ nondiskriminazzjoni meħtieġa minn din id-dispożizzjoni, kif ukoll il-ħtieġa li jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi inkwistjoni?

    (3)

    Hemm lok li jiġi rikonoxxut effett dirett lill-imsemmi Artikolu 13 tad-Direttiva 2001/20/KE?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.


    Top