This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CB0404
Case C-404/11 P: Order of the Court of 2 February 2012 — Elf Aquitaine SA v European Commission (Appeal — Regulation (EC) No 1/2003 — Competition — Cartel — Sodium chlorate market — Concept of an ‘undertaking’ — Presumption of decisive influence — Scope of that presumption — Factors not capable of rebutting the presumption — Personal fine — Unlimited jurisdiction)
Kawża C-404/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-klorat tas-sodju — Kunċett ta’ “impriża” — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Portata ta’ din il-preżunzjoni — Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni — Multa personali — Ġurisdizzjoni sħiħa)
Kawża C-404/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat- 2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-klorat tas-sodju — Kunċett ta’ “impriża” — Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti — Portata ta’ din il-preżunzjoni — Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni — Multa personali — Ġurisdizzjoni sħiħa)
ĠU C 133, 5.5.2012, p. 11–12
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.5.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 133/11 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-2 ta’ Frar 2012 — Elf Aquitaine SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-404/11 P) (1)
(Appell - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-klorat tas-sodju - Kunċett ta’ “impriża” - Preżunzjoni ta’ influwenza determinanti - Portata ta’ din il-preżunzjoni - Elementi li ma jistgħux jikkonfutaw il-preżunzjoni - Multa personali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
2012/C 133/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Elf Aquitaine SA (rappreżentanti: E. Morgan de Rivery u E. Lagathu, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Gippini Fournier u R. Sauer, aġenti)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-17 ta’ Mejju 2011, Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni (T-299/08) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament ippreżentat mir-rikorrenti kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 2626 finali, tal-11 ta’ Ġunju 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.695 — Klorat tas-sodju) — Kompetizzjoni — Akkordju — Ksur tal-prinċipji ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi u ta’ proporzjonalità — Interpretazzjoni manifestament żbaljata — Ksur tad-drittijiet tad-difiża, tal-prinċipji ta’ ekwità u ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet — Obbligu ta’ motivazzjoni — Illegalità tal-multa personali
Dispożittiv
(1) |
L-appell huwa miċħud. |
(2) |
Elf Aquitaine SA hija kkundannata għall-ispejjeż. |