Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0234

Kawża C-234/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat- 18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — TETS Haskovo AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Tassazzjoni — VAT — Dritt għal tnaqqis — Kontribut in natura — Distruzzjoni ta’ proprjetà immobbli — Bini ġdid — Regolarizzazzjoni)

ĠU C 379, 8.12.2012, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.12.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 379/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Ottubru 2012 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad — Varna — il-Bulgarija) — TETS Haskovo AD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-234/11) (1)

(Tassazzjoni - VAT - Dritt għal tnaqqis - Kontribut in natura - Distruzzjoni ta’ proprjetà immobbli - Bini ġdid - Regolarizzazzjoni)

2012/C 379/14

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad — Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TETS Haskovo AD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane I upravlenie na izpalnenieto” — Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari — Administrativen sad — Varna — Kundizzjonijiet meħtieġa sabiex tiġi rregolarizzata l-VAT tal-input imnaqqsa fil-mument tax-xiri ta’ beni — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għar-regolarizzazzjoni tat-tnaqqis tal-VAT tal-input meta l-beni jinqerdu — Twaqqigħ ta’ bini bl-uniku għan li minfloku jinbena bini ġdid iktar modern li għandu l-istess skop, u li jservi sabiex jiġġenera qligħ li jagħti d-dritt għal tnaqqis tal-VAT tal-input.

Dispożittiv

L-Artikolu 185(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li twaqqigħ, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ta’ diversi binjiet intiżi għal ġenerazzjoni tal-enerġija u s-sostituzzjoni tagħhom b’bini iktar modern li għandu l-istess għan, ma jikkostitwixxix tibdil fil-fatturi użati biex jiġi ddeterminat l-ammont tat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud effettwat abbażi tat-taxxa tal-input imħallsa, li seħħ wara li saret id-dikjarazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, u, għalhekk ma jġibx miegħu obbligu ta’ aġġustament tal-imsemmi tnaqqis.


(1)  ĠU C 232, 6.8.2011


Top