This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0461
Case T-461/10: Action brought on 27 September 2010 — Boyle v Commission
Kawża T-461/10: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Settembru 2010 — Boyle vs Il-Kummissjoni Ewropea
Kawża T-461/10: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Settembru 2010 — Boyle vs Il-Kummissjoni Ewropea
ĠU C 328, 4.12.2010, p. 42–43
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 328/42 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Settembru 2010 — Boyle vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża T-461/10)
()
2010/C 328/70
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Cathal Boyle (Killybegs, l-Irlanda) (rappreżentanti: A. Collins SC, N. Travers, barrister u D. Barry, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4751, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda u nnotifikata lir-rikorrent fis-16 ta’ Lulju 2010, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Marie Dawn, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699); u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrent jitlob l-annullament, skont l-Artikolu 263 TFUE, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4751, tat-13 ta’ Lulju 2010, innotifikata b’ittra lill-Irlanda u nnotifikata lir-rikorrenti fis-16 ta’ Lulju 2010, li tiċħad talba għal żieda ta’ kapaċità fir-rigward ta’ bastiment pelaġiku tat-tkarkir propost sabiex jissostitwixxi l-MFV Marie Dawn, adottata sabiex tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), li ġiet annullata, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent, permezz ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Ġunju 2006, fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-240/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni (Ġabra P. II-1699)
Insostenn tat-talba tiegħu, ir-rikorent jinvoka l-motivi li ġejjin:
|
L-ewwel nett, ir-rikorrent isostni li l-konvenuta aġixxiet mingħajr bażi legali. L-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, tas-26 ta’ Ġunju 1997, dwar l-għanijiet u r-regoli dettaljati intiżi għar-ristrutturazzjoni tas-settur tas-sajd Komunitarju għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 1997 u l-31 ta’ Diċembru 2001, bil-għan li jintlaħaq ekwilibriju sostenibbli bejn ir-riżorsi u l-isfruttament tagħhom (ĠU L 175, p. 27), għadu sal-lum jikkostitwixxi l-bażi legali xierqa tad-deċiżjoni kkontestata, u, konsegwentement il-Kummissjoni ma kellhiex bażi legali sabiex tadotta din id-deċiżjoni allegatament ad hoc. |
|
It-tieni nett, ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni kisret rekwiżit proċedurali essenzjali. Ir-rikorrent isostni li abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, id-deċiżjoni kkontestata kellha tiġi adottata fl-osservanza tal-proċedura ta’ kumitat ta’ amministrazzjoni u li, billi għażlet li tadotta d-deċiżjoni fuq bażi ad hoc, il-Kummissjoni kisret rekwiżiti proċedurali essenzjali. |
|
It-tielet nett, ir-rikorrent isostni li billi interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE, il-Kummissjoni aġixxiet lil hinn mill-kompetenzi tagħha, b’mod partikolari meta bbażat ruħha fuq kriterji irrilevanti u meta injorat id-definizzjoni tal-“isforz tas-sajd” li tinsab fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/413/KE u fil-leġiżlazzjoni Komunitarja fil-qasam tas-sajd li kienet fis-seħħ meta r-rikorrent ressaq it-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà, f’Diċembru 2001. |
|
Barra minn hekk, ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni kkontestata fiha diversi żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni tat-talba tiegħu għal tunnellaġġ ta’ sigurtà. Ir-rikorrent b’mod partikolari jsostni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost meta mqabbel mal-Marie Dawn, hija manifestament żbaljata, l-istess bħalma hija żbaljata l-preżunzjoni li l-“isforż tas-sajd” ta’ dan il-bastiment il-ġdid għandu jkun ikbar minn dak tal-Marie Dawn. |
|
Fl-aħħar nett, ir-rikorrent jallega li l-Kummissjoni kisret d-dritt għal trattament ugwali. Huwa jsostni li r-rifjut, min-naħa tal-Kummissjoni, tat-talba tiegħu minħabba volum ikbar taħt il-gverta prinċipali tal-bastiment il-ġdid propost tiegħu jikkostitwixxi trattament differenti manifest li jammonta għal diskriminazzjoni illegali kontrih meta mqabbel mal-approċċ kompletament differenti adottat fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet għal tunnellaġġ ta’ sigurta addizzjonali li ġew aċċettati fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245, kif ukoll fir-rigward ta’ waħda mit-talbiet li kienet ġiet inizjalment miċħuda b’din id-deċiżjoni iżda sussegwentement aċċettata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4765, tat-13 ta’ Lulju 2010. |