Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0389

    Kawża T-389/10: Rikors ippreżentat fit- 13 ta’ Settembru 2010 — SLM vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 46–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/46


    Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Settembru 2010 — SLM vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-389/10)

    ()

    2010/C 301/74

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Siderurgica Latina Martin SpA (SLM) (Ceprano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Belotti, avukat, F. Covone, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Talbiet tar-rikorrenti

    Preliminarjament jew prinċipalment:

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4387 finali, fil-Każ COMP. 38 344 — Azzar użat għall-prestressing, adottata mill-Kummissjoni fit-30 ta’ Ġunju 2010

    Sussidjarjament:

    tnaqqas il-multa imposta.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Id-deċiżjoni kkontestata fil-proċeduri preżenti hija l-istess bħal tal-Kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.

    Insostenn tat-talbiet tagħha, il-kumpannija rikorrenti ssostni dan li ġej:

     

    Għall-annullament tad-deċiżjoni: it-tul mhux tas-soltu u mhux ġustifikat tal-proċeduri amministrattivi, li ppreġudikaw b’mod gravi l-eżerċizzju tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrenti, l-iktar b’riferiment għall-fatti tas-sentejn 1997-1999, jiġifieri preċedenti b’10 snin għall-komunikazzjoni tad-dejn ta’ Settembru 2008.

     

    Għat-tnaqqis tal-multa imposta:

     

    Nuqqas ta’ motivazzjoni fil-kwantifikazzjoni tas-sanzjoni; sa fejn jibqa’ diffiċli li jiġi mifhum fuq liema bażi ta’ kalkolu u minn liema dħul mill-bejgħ il-Kummissjoni ssanzjonat lir-rikorrenti.

     

    Ksur tal-limitu massimu ta’ 10 % tad-dħul mill-bejgħ.

     

    Nuqqas ta’ motivazzjoni tal-ħlasijiet żejda imposti.

     

    Applikazzjoni żbaljata tal-Linji Gwida tal-2006 dwar il-kalkolu tal-multi, kif ukoll dawk tal-1998, fis-seħħ mhux biss meta seħħew il-fatti kkontestati, iżda wkoll fl-ewwel erba’ snin tal-proċeduri.

     

    Evalwazzjoni żbaljata tat-tul ta’ żmien tal-parteċipazzjoni tar-rikorrenti fil-kartell, mhux ibbażata fuq diversi verifiki oġġettivi.

     

    Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi attenwanti, jiġifieri tar-rwol sekondarju pprovat tar-rikorrenti fil-fatti kkontestati, tas-sehem limitat tagħha fis-suq, kif ukoll tal-ineffiċjenza tal-kartell.

     

    Preskrizzjoni li daħlet fis-seħħ, peress li ma seħħ l-ebda att li jista’ jissospendiha wara li seħħet l-ispezzjoni mingħajr preavviż.


    Top