This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0388
Case T-388/10: Action brought on 6 September 2010 — Productos Derivados de Acero v Commission
Kawża T-388/10: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Settembru 2010 — Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni
Kawża T-388/10: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ Settembru 2010 — Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni
ĠU C 301, 6.11.2010, p. 46–46
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.11.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 301/46 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Settembru 2010 — Productos Derivados del Acero vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-388/10)
()
2010/C 301/73
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Productos Derivados del Acero, SA (Catarroja, Spanja) (rappreżentanti: M. B. Escuder Tella, J. Viciano Pastor, u F. Palau Ramirez, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, minħabba li l-iskadenza tat-terminu ta’ ħames snin previst għall-preskrizzjoni tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet fl-Artikolu 25 tar-Regolament Nru 1/2003; |
— |
sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn it-talba preċedenti ma tintlaqax, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu tikkunsidra li Productos Derivados del Acero, SA (PRODERAC) ipparteċipat fi ftehim li jirrestrinġu l-kompetizzjoni speċifikati fl-imsemmija deċiżjoni, kif ukoll tiddikjara li din il-kumpannija ma pparteċipatx fil-prattiki kollużivi li hija akkużata bihom; |
— |
sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn it-talba preċedenti ma tintlaqax lanqas, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu tnaqqas il-multa imposta fuq Productos Derivados del Acero, SA (PRODERAC) b’25 % biss, u tiddikkjara li din il-kumpannija hija eżentata mill-multa skont il-Linji Gwida dwar il-multi tal-2006 minħabba li ġie stabbilit in-nuqqas ta’ kapaċità kontributtiva tagħha; |
— |
sussidjarjament, fl-ipoteżi fejn it-talba preċedenti ma tintlaqax lanqas, tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata inkwantu tnaqqas il-multa imposta fuq Productos Derivados del Acero, SA (PRODERAC) b’25 % biss, u tnaqqas il-multa b’75 % mill-ammont tagħha. |
— |
tikkundanna l-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Id-deċiżjoni kkontestata f’dan il-każ hija l-istess bħal dik fil-Kawża T-385/10, ArcelorMittal Wire France et vs Il-Kummissjoni.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:
(1) |
Motiv preliminari: preskrizzjoni tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet. F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet għal prattiki kollużivi hija preskritta wara ħames snin li jibdew jiddekorru mill-aħħar att istruttorju li jkun sar, u li sa mid-data finali tal-akkordju, id-19 ta’ Settembru 2008, u tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet, it-30 ta’ Settembru 2008, il-preskrizzjoni ma ġietx interrotta. |
(2) |
Applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 101 TFUE, tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE u tal-ġurisprudenza tal-qrati Komunitarji dwar l-imsemmija artikoli, sa fejn:
|
(3) |
Applikazzjoni żbaljata tal-punt 35 tal-Linji Gwida dwar il-multi tal-2006, minħabba applikazzjoni b’analoġija ħażina tal-evalwazzjoni tad-“danni serji u irreparabbli” fil-kuntest tal-miżuri provviżorji. |