This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0363
Case T-363/10: Action brought on 27 August 2010 — Abbott Laboratories v OHIM (RESTORE)
Kawża T-363/10: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Awwissu 2010 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)
Kawża T-363/10: Rikors ippreżentat fis- 27 ta’ Awwissu 2010 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 58–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/58 |
Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Awwissu 2010 — Abbott Laboratories vs UASI (RESTORE)
(Kawża T-363/10)
()
(2010/C 288/107)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Abbott Laboratories (Abbott Park, Illinois, l-Istati Uniti tal-Amerka) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Schäffler u J. Springer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-9 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ R 1560/2009-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “RESTORE” għal prodotti fil-klassi 10
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tad-dritt għal smigħ xieraq minħabba li fid-deċiżjoni tiegħu, il-Bord tal-Appell irrefera għal provi li ma ġewx ikkomunikati lir-rikorrenti; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni mhuwiex terminu deskrittiv tal-prodotti li fir-rigward tagħhom qed issir l-applikazzjoni għal trade mark; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009, peress li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għandha l-karattru distintiv meħtieġ. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).