Scegli le funzioni sperimentali da provare

Questo documento è un estratto del sito web EUR-Lex.

Documento 62010TN0323

    Kawża T-323/10: Rikors ippreżentat fit- 3 ta’ Awwissu 2010 — Chabou vs UASI — Chalou Kleiderfabrik (CHABOU)

    ĠU C 288, 23.10.2010, pagg. 42–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.10.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 288/42


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2010 — Chabou vs UASI — Chalou Kleiderfabrik (CHABOU)

    (Kawża T-323/10)

    ()

    (2010/C 288/81)

    Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Chickmouza Chabou (Rheine, il-Ġermanja) (rappreżentant: K.-J. Triebold, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Chalou Kleiderfabrik GmbH (Herschweiler-Pettersheim, il-Ġermanja)

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla jew temenda d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-20 ta’ Mejju 2010, fil-Każ R 1165/2009-1 u tiċħad l-oppożizzjoni.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali CHABOU għal prodotti fil-klassi 25

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Chalou Kleiderfabrik GmbH

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-reġistrazzjoni nazzjonali u internazzjonali ta’ Chalou bħala trade mark verbali għall-prodotti fil-klassi 25

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata ma tieħux inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ ineżami, iżda tapplika b’mod strettament formali u skematiku l-prinċipji żviluppati fir-rigward tax-xebh tat-trade marks u l-prodotti u s-servizzi protetti f’dak li jirrigwarda l-probabbiltà ta’ konfużjoni, mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni b’mod suffiċjenti l-aspetti speċifiċi tal-każ u l-evalwazzjoni neċessarja taċ-ċirkustanzi kollha.


    In alto