Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TN0200

    Kawża T-200/10: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ April 2010 — Avery Dennison vs UASI — Dennison Hesperia (AVERY DENNISON)

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 56–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/56


    Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2010 — Avery Dennison vs UASI — Dennison Hesperia (AVERY DENNISON)

    (Kawża T-200/10)

    (2010/C 161/88)

    Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Avery Dennison Corp. (rappreżentanti: E. Armijo Chávarri, u A. Castán Pérez-Gómez, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dennison Hesperia, SA (Torrejón de Ardoz, Spanja)

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla, jew sussidjarjament temenda, id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Frar 2010, fil-Każ R 798/2009-2,

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Ir-rikorrenti.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: It-trade mark verbali “AVERY DENNISON” (Applikazzjoni Nru 3 825 114), għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 2, 3, 4, 5, 6, 7, 8, 9, 10, 12, 16, 17, 19, 20, 22, 24, 28, 35, 37, 38, 39, 40, 41 u 42.

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Dennison Hesperia, S.A.

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: It-trade mark Spanjola “DENNISON” (Nru 1 996 088), għal prodotti fil-klassi 16.

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: Oppożizzjoni milqugħa parzjalment

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: Appell miċħud.

    Motivi invokati: Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikoli 42(2) u (3) u, sussidjarjament, tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/09 dwar it-trade mark Komunitarja.


    Top