This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TN0153
Case T-153/10: Action brought on 6 April 2010 — Schneider España de Informática v Commission
Kawża T-153/10: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ April 2010 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni
Kawża T-153/10: Rikors ippreżentat fis- 6 ta’ April 2010 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni
ĠU C 148, 5.6.2010, p. 45–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.6.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 148/45 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ April 2010 — Schneider España de Informática vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-153/10)
2010/C 148/74
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Schneider España de Informática (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: P. De Baere u P. Muñiz, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 22 finali, tat-18 ta’ Jannar 2010, li tikkonstata li d-dħul a posteriori fil-kontijiet ta’ dazji fuq l-importazzjoni huwa ġġustifikat u li r-remissjoni ta’ dawk id-dazji mhijiex iġġustifikata f’każ partikolari (REM 02/08) |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob, skont l-Artikolu 263 TFUE, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Jannar 2010, li permezz tagħha l-konvenuta kkonkludiet li d-dazji fuq l-importazzjoni kkonċernati għal televiżjonijiet bil-kulur għandhom jiddaħħlu fil-kontijiet peress li l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) ma kinux sodisfatti. Id-deċiżjoni kkontestata kkonkludiet ukoll li r-remissjoni tad-dazji fuq l-importazzjoni kkonċernati ma kinitx iġġustifikata skont l-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tressaq dawn il-motivi:
|
L-ewwel, ir-rikorrenti tallega li l-konvenuta kisret id-drittijiet tad-difiża tagħha peress li hija ħadet deċiżjoni li kienet ibbażata biss fuq id-dokumenti prodotti mir-rikorrenti. |
|
It-tieni, il-konvenuta kisret l-Artikolu 220(2)(b) tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, flimkien mal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità, peress li:
|
|
Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-iżball imwettaq mill-awtoritajiet doganali kompetenti ma setax ikun raġonevolment skopert mill-persuna responsabbli għall-ħlas, li tkun aġixxiet in bona fede u tkun issodisfat ir-rekwiżiti kollha stabbiliti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ fir-rigward tad-dikjarazzjoni doganali. |
|
Fl-aħħar, ir-rikorrenti ssostni li hija tinsab f’sitwazzjoni speċjali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 239 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità u li ma jista’ jiġi attribwit fir-rigward tagħha ebda ingann jew traskuraġni ovvja skont din id-dispożizzjoni legali. |
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2584/98, tas-27 ta’ Novembru 1998, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 710/95 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ riċevituri tat-televiżjoni bil-kulur li joriġinaw mill-Malasja, mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, mir-Repubblika tal-Korea, minn Singapor u mit-Tajlandja u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost. (ĠU L 324, p. 1)