Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TJ0161

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (il-Ħames Awla) tal-24 ta' Mejju 2011.
    Longevity Health Products, Inc. vs l-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trademarks u disinni) (UASI).
    Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E-PLEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EPILEX - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009.
    Kawża T-161/10.

    ECLI identifier: ECLI:EU:T:2011:244





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-24 ta’ Mejju 2011 – Longevity Health Products vs UASI – Tecnifar (E-PLEX)

    (Kawża T-161/10)

    “Trade mark Komunitarja – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali E-PLEX – Trade mark nazzjonali verbali preċedenti EPILEX – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Xebh tas-sinjali – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”

    Trade mark Komunitarja - Definizzjoni u kisba tat-trade mark Komunitarja - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Oppożizzjoni mill-proprjetarju ta’ trade mark preċedenti identika jew li tixxiebah irreġistrata għal prodotti jew servizzi identiċi jew li jixxiebhu - Probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark preċedenti (Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009, Artikolu 8(1)(b)) (ara l-punti 39, 43)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Frar 2010 (Każ R 662/2009-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tecnifar – Industria Tecnica Farmaceutica, SA u Longevity Health Products, Inc.

    Informazzjoni dwar il-kawża

    Applikant għat-trade mark Komunitarja:

    Longevity Health Products, Inc.

    Trade mark Komunitarja kkonċernata:

    Trade mark verbali E‑PLEX għal prodotti u servizzi tal-klassijiet 3, 5 u 35 – Applikazzjoni Nru 5126909

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Tecnifar – Industria Tecnica Farmaceutica, SA

    Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni:

    Reġistrazzjoni tat-trade mark verbali Portugiża EPILEX għal prodotti fil-klassi 5

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni:

    Oppożizzjoni parzjalment milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell:

    Appell parzjalment miċħud


    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Longevity Health Products, Inc hija kkundannata għall-ispejjeż.

    Top