EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0366

Kawża T-366/10 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Lulju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni ( “Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati — Eċċezzjoni ta’ rikors parallel — Difetti proċedurali — Drittijiet tad-difiża — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat” )

ĠU C 282, 24.9.2011, p. 20–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

24.9.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 282/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2011 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-366/10 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Rimbors tal-ispejjeż li jistgħu jiġu rkuprati - Eċċezzjoni ta’ rikors parallel - Difetti proċedurali - Drittijiet tad-difiża - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

2011/C 282/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellant: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Berardis-Kayser, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Appell mid-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-22 ta’ Ġunju 2010, Marcuccio vs Il-Kummissjoni (F-78/09, li għadu ma ġiex ippubblikat fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Luigi Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


Top