This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010TB0252(01)
Case T-252/10: Order of the General Court of 30 June 2011 — Cross Czech v Commission (Action for annulment — Sixth framework programme for research, technological development and demonstration activities — Letter confirming the findings of an audit report and informing the applicant of the next steps in the procedure — Contractual and non-decision-making character of the letter — Inadmissibility)
Kawża T-252/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ Ġunju 2011 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni — Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti — Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta’ din l-ittra — Inammissibbiltà” )
Kawża T-252/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ Ġunju 2011 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni — Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti — Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta’ din l-ittra — Inammissibbiltà” )
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/19 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Cross Czech vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-252/10) (1)
(Rikors għal annullament - Is-Sitt Programm Qafas għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni - Ittra li tikkonferma l-konklużjonijiet ta’ verifika finanzjarja u li tagħti informazzjoni dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti - Natura kuntrattwali u mhux deċiżjonali ta’ din l-ittra - Inammissibbiltà)
2011/C 282/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Cross Czech a.s. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Schollaert, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tal-ittra tal-Kummissjoni, tat-12 ta’ Marzu 2010, bir-referenza INFSO-O2/FD/GVC/Isc D(2010) 208676, li tkkonferma l-konklużjonijiet tar-rapport ta’ verifika 09-BA74-006 dwar id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż magħmula mir-rikorrenti għall-perijodu bejn l-1 ta’ Frar 2005 u t-30 ta’ April 2008 fir-rigward ta’ tliet kuntratti konklużi bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fil-kuntest tas-Sitt Programm Qafas tal-Komunità Ewropea għar-Riċerka, l-Iżvilupp Teknoloġiku u l-Attivitajiet ta’ Dimostrazzjoni li jikkontribwixxi għat-twettiq taż-żona Ewropea ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni (2002-2006), u li tinforma lir-rikorrenti dwar il-passi segwenti tal-proċedimenti.
Dispożittiv
(1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli. |
(2) |
Cross Czech a.s. hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea, inklużi l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji. |