EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TB0201

Kawża T-201/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 13 ta’ Lulju 2012 — IVBN vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għal annullament — Għajnuna mill-Istat — Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Għajnuna eżistenti — Għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru — Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli — Nuqqas ta’ interess individwali — Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura tal-Artikolu 108(2) TFUE — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2012 — IVBN vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-201/10) (1)

(Rikors għal annullament - Għajnuna mill-Istat - Skema ta’ għajnuna mogħtija mill-Pajjiżi l-Baxxi lil kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Għajnuna eżistenti - Għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Deċiżjoni li taċċetta l-impenji tal-Istat Membru - Deċiżjoni li tiddikjara għajnuna ġdida kompatibbli - Nuqqas ta’ interess individwali - Nuqqas ta’ ftuħ tal-proċedura tal-Artikolu 108(2) TFUE - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

2012/C 258/39

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) (Voorburg, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Meulenbelt, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti, assistiti minn H. Gilliams, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċizjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 (il-Pajjiżi l-Baxxi — Għajnuna eżistenti u għajnuna favur proġett speċjali maħsub għal kumpanniji ta’ akkomodazzjoni).

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN) għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 179, 03.07.2010.


Top