Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0436

    Kawża T-436/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – HIT Groep vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Regoli dwar l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha — Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti — Terminu raġonevoli”)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – HIT Groep vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-436/10) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Regoli dwar l-imputabbiltà tal-prattiki antikompetittivi ta’ sussidjarja lill-kumpannija parent tagħha - Preżunzjoni tal-eżerċizzju effettiv ta’ influwenza determinanti - Terminu raġonevoli”))

    (2015/C 302/50)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Partijiet

    Rikorrenti: HIT Groep (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: inizjalment G. van der Wal, G. Oosterhuis u H. Albers, sussegwentement G. van der Wal u G. Oosterhuis, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel, S. Noë u V. Bottka, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    HIT Groep BV għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


    Top