Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0406

    Kawża T-406/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni (“Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing — Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”)

    ĠU C 302, 14.9.2015, p. 36–36 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.9.2015   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 302/36


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – Emesa-Trefilería u Industrias Galycas vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-406/10) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-azzar għall-prestressing - Iffissar ta’ prezzijiet, qsim tas-suq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali”))

    (2015/C 302/45)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Emesa-Trefilería, SA (Arteixo, Spanja); u Industrias Galycas, SA (Vitoria, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras u A. Valiente Martin, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment V. Bottka u F. Castilla Contreras, sussegwentement V. Bottka u A. Biolan, aġenti, assistiti minn M. Gray, barrister)

    Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament u għall-bidla tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-prestressing), emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269, finali, tal-4 ta’ April 2011.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Emesa-Trefilería, SA u Industrias Galycas, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

    3)

    Il-Kummissjoni hija kkundannata tħallas lill-Qorti Ġenerali ammont ta’ EUR 1  500 taħt l-Artikolu 139(a) tar-Regoli tal-Proċedura tagħha bħala rimbors għal parti mill-ispejjeż li kellha ssostni l-Qorti Ġenerali.


    (1)  ĠU C 301, 6.11.2010.


    Top