EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0334

Kawża T-334/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 12 ta’ Lulju 2012 — Leifheit vs UASI — Vermop Salmon (Twist System) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Twist System — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti TWIX u TWIXTER — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009” )

ĠU C 258, 25.8.2012, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.8.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 258/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Leifheit vs UASI — Vermop Salmon (Twist System)

(Kawża T-334/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Twist System - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti TWIX u TWIXTER - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

2012/C 258/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Leifheit AG (Nassau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Vermop Salmon GmbH (Gilching, il-Ġermanja) (rappreżentanti: W. von der Osten-Sacken, O. Sude u M. Ring, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Mejju 2010 (Każijiet magħquda R 924/2009-1 u R 1013/2009-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Vermop Salmon GmbH u Leifheit AG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Leifheit AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 288, 23.10.2010.


Top