Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0182

    Kawża T-182/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 15 ta’ Jannar 2013 — AISCAT vs Il-Kummissjoni ( “Għajnuna mill-Istat — Konċessjoni diretta tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u tal-ġestjoni ulterjuri ta’ parti minn awtostrada — Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment — Rikors għal annullament — Att li jista’ jiġi kkontestat — Locus standi — Interess individwali — Ammissibbiltà — Kunċett ta’ għajnuna — Riżorsi tal-Istat” )

    ĠU C 55, 23.2.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    23.2.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 55/9


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2013 — AISCAT vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-182/10) (1)

    (Għajnuna mill-Istat - Konċessjoni diretta tax-xogħlijiet ta’ kostruzzjoni u tal-ġestjoni ulterjuri ta’ parti minn awtostrada - Deċiżjoni li ma tittiħidx azzjoni fir-rigward tal-ilment - Rikors għal annullament - Att li jista’ jiġi kkontestat - Locus standi - Interess individwali - Ammissibbiltà - Kunċett ta’ għajnuna - Riżorsi tal-Istat)

    2013/C 55/14

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Associazione Italiana delle Società Concessionarie per la costruzione e l’esercizio di Autostrade e Trafori stradali (AISCAT) (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: M. Maresca, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Grespan, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Concessioni autostradali Venete — CAV SpA (rappreżentanti: C. Malinconico u P. Clarizia, avukati)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-10 ta’ Frar 2010, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti dwar allegata għajnuna illegali mill-Istat mogħtija mir-Repubblika Taljana lil CAV.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    Associazione italiana delle società concessionarie per la costruzione e l’esercizio di autostrade e trafori stradali (AISCAT) għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha, nofs dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u t-totalità ta’ dawk sostnuti minn Concessioni autostradali Venete — CAV SpA.

    (3)

    Il-Kummissjoni għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn AISCAT.


    (1)  ĠU C 161, 19.06.2010.


    Top