EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010TA0074

Kawża T-74/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 11 ta’ Mejju 2011 — Flaco-Geräte vs UASI — Delgado Sánchez (FLACO) ( “Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO — Raġuni relattiva għal rifjut — Identità tal-prodotti — Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95” )

ĠU C 186, 25.6.2011, p. 25–25 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.6.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Mejju 2011 — Flaco-Geräte vs UASI — Delgado Sánchez (FLACO)

(Kawża T-74/10) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali FLACO - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FLACO - Raġuni relattiva għal rifjut - Identità tal-prodotti - Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għall-prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti mressqa għall-ewwel darba quddiem il-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 u Regola 22 tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

2011/C 186/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flaco-Geräte GmbH (Gütersloh, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Wirtz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Jesús Delgado Sánchez (Socuellamos, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Novembru 2009 (Każ R 86/2009-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn J. Delgado Sánchez u Flaco-Geräte GmbH.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Flaco-Geräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 100, 17.4.2010.


Top