Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0079

    Kawża F-79/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Settembru 2010 — Dubus vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 301, 6.11.2010, p. 66–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.11.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 301/66


    Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Settembru 2010 — Dubus vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-79/10)

    ()

    2010/C 301/107

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Charles Dubus (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Boigelot u S. Woog, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett

    L-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenuta li ma tinkludix ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi fil-grad AST4/C taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u talba għal kumpens għad-dannu morali subit.

    Talbiet tar-rikorrent

    tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ippubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009, li ma tinkludix ir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi mill-grad AST3/4 fil-grad AST4/C taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009;

    bħala konsegwenza ta’ dan l-annullament, twettaq mill-ġdid eżami komparattiv tal-merti tar-rikorrent u tal-kandidati l-oħra taħt il-proċedura ta’ promozzjoni 2009 u tippromwovi lir-rikorrent fil-grad AST4C b’effett retroattiv mill-1 ta’ Jannar 2009 kif ukoll il-ħlas ta’ interessi fuq l-arretrati tar-remunerazzjoni bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ewlenin ta’ rifinanzjament, mill-1 ta’ Jannar 2009, miżjuda b’żewġ punti, mingħajr ma tikkuntesta l-promozzjoni ta’ uffiċjali oħra promossi u li l-ismijiet tagħhom huma inklużi fil-lista ppubblikata fl-20 ta’ Novembru 2009;

    tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-ammont ta’ EUR 3 500 bħala kumpens għad-dannu morali subit minħabba li ma ġiex promoss fl-1 ta’ Jannar 2009, bla ħsara għall-possibbiltà li din is-somma tiġi miżjuda matul il-proċeduri;

    tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


    Top