Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FN0022

    Kawża F-22/10: Rikors ippreżentat fl- 1 ta’ April 2010 — Bombin Bombin vs Il-Kummissjoni

    ĠU C 148, 5.6.2010, p. 54–54 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    5.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 148/54


    Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2010 — Bombin Bombin vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-22/10)

    2010/C 148/96

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrent Luis Maria Bombin Bombin (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: R. Pardo Pedernera, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament, fuq talba tar-rikorrenti, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħtih kumpens finanzjarju biss għal 12 u mhux għad-29 il-ġurnata leave li għalihom huwa kellu dritt u li kien għadu ma ħax qabel ma ħareġ fuq leave għal-raġunijiet personali.

    Talbiet tar-rikorrenti

    jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-4 ta’ Jannar 2010, li tirrikonoxxi u tħallas lir-rikorrent kumpens finanzjarju għal 12-il ġurnata biss.

    jirrikonoxxi lir-rikorrent (għal-finijiet ta’ kalkolu u fir-rigward tal-kumpens finanzjarju) il-ġranet kollha ta’ leave (29 b’kollox) li huwa kellu dritt għalihom u li kien għadu ma ħax qabel ma ħareġ fuq leave għal-raġunijiet personali

    ir-rikorrenti ma jagħmel l-ebda talba fir-rigward tal-ispejjeż peress li jqis li deċiżjoni tat-Tribunal f’din il-kawża hija importanti għall-partijiet, li t-tnejn huma in bona fide, u li l-każ ma jiġġustifikax talbiet f’dan ir-rigward.


    Top