Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0414

Kawża C-414/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid- 19 ta’ Awissu 2010 — Société Veleclair vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État

ĠU C 301, 6.11.2010, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

6.11.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 301/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d'État (Franza) fid-19 ta’ Awissu 2010 — Société Veleclair vs Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État

(Kawża C-414/10)

()

2010/C 301/13

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Société Veleclair

Konvenuta: Ministre du budget, des comptes publics et de la réforme de l’État.

Domandi preliminari

L-Artikolu 17(2)(b) tas-Sitt Direttiva (1) jippermetti lil Stat Membru li jissuġġetta d-dritt għat-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni, fid-dawl b’mod partikolari tar-riskji ta’ frodi, għall-pagament effettiv ta’ din it-taxxa mill-persuna taxxabbli, meta l-persuna taxxabbli tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni u l-persuna li għandha d-dritt għat-tnaqqis korrispondenti huma l-istess persuna fi Franza?


(1)  Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ — Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23).


Top