EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62010CN0410
Case C-410/10: Action brought on 17 August 2010 — European Commission v Hellenic Republic
Kawża C-410/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
Kawża C-410/10: Rikors ippreżentat fis- 17 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
ĠU C 288, 23.10.2010, p. 23–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
23.10.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 288/23 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Awwissu 2010 — Il-Kummissjoni Ewropej vs Ir-Repubblika Ellenika
(Kawża C-410/10)
()
(2010/C 288/39)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Karanasou-Apostopoulou u G. Braun)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkonstata li, billi ma adottatx jew, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007, dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpanniji kkwotati, ir-Repubblika Ellenika naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt din id-direttiva; |
— |
tikkundanna lir-Repubblika Ellenika għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2007/36/KE fis-sistema legali nazzjonali skada fit-3 ta’ Awwissu 2009.