Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0163

Kawża C-163/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Isernia (l-Italja) fit- 2 ta’ April 2010 — Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

ĠU C 161, 19.6.2010, p. 28–29 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 161/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Isernia (l-Italja) fit-2 ta’ April 2010 — Proċeduri kriminali kontra Aldo Patriciello

(Kawża C-163/10)

(2010/C 161/37)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Isernia (l-Italja)

Parti fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Aldo Patriciello

Domanda preliminari

Il-fatt ta’ reat attribwit b’mod astratt lill-membru tal-Parlament Ewropew Aldo Patriciello (deskritt fl-akkuża u li l-Parlament Ewropew diġà ħa deċiżjoni ta’ immunità favur tiegħu fil-5 ta’ Mejju 2009), ikklassifikat bħala kalunnja skont l-Artikolu 368 tal-Kodiċi Kriminali, jikkostitwixxi opinjoni espressa fil-qadi tad-dmirijiet parlamentari skont l-Artikolu 9 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Komunitajiet Ewropej tat-8 ta’ April 1965?


Top