Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010CN0140

    Kawża C-140/10: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis- 17 ta’ Marzu 2010 — Greenstar-Kanzi Europe NV vs 1. Jean Justin u 2. Jo Goossens

    ĠU C 161, 19.6.2010, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 161/19


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fis-17 ta’ Marzu 2010 — Greenstar-Kanzi Europe NV vs 1. Jean Justin u 2. Jo Goossens

    (Kawża C-140/10)

    (2010/C 161/27)

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Hof van Cassatie van België

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti

    :

    Greenstar-Kanzi Europe NV

    Konvenuti

    :

     

    Jean Justin

     

    Jo Goossens

    Domandi preliminari

    (1)

    L-Artikolu 94 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità (1), kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 873/2004 (2), moqri flimkien mal-Artikoli 11(1), 13(1) sa (3), 16, 27 u 104 tar-Regolament (KE) Nru 2100/94 iċċitat iktar ’il fuq, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju jew il-persuna liċenzjata tista’ tressaq azzjoni għal ksur ta’ liġi kontra kull persuna li twettaq atti fir-rigward ta’ materjal mibjugħ jew ittrasferit lil din tal-aħħar mill-persuna liċenzjata fil-każ fejn il-limiti stabbiliti fil-ftehim tal-liċenzja konkluż bejn il-persuna liċenzjata u l-proprjetarju tad-dritt Komunitarju tal-varjetajiet tal-pjanti fil-kuntest ta’ bejgħ ta’ tali materjal ma ġewx osservati?

    (2)

    Jekk ir-risposta li tingħata tkun fl-affermattiv, fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-ksur, huwa importanti li jiġi ddeterminat jekk il-persuna li tkun wettqet l-atti msemmija iktar ’il fuq tkunx ġiet informata jew kellhiex tiġi informata bl-imsemmija limiti inklużi fil-ftehim tal-liċenzja?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 16, p. 390

    (2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 45, p. 178


    Top